|
Pierre J. Mejlak twieled f'Ghawdex u llum jghix
fi Brussell, fejn jahdem bhala traduttur. Fl-2006 rebah il-Premju
Nazzjonali tal-Ktieb b'Enciklopedija ghat-Tfal. Huwa l-awtur ta'
bosta kotba, fosthom Rih Isfel, l-ewwel rumanz tieghu ghal qarrejja
adoloxxenti u qarrejja adulti, li hareg ghall-bejgh f'Lulju 2007.
Din li gejja hija traduzzjoni ta' intervista li
l-gurnalista Miriam Galea ghamlet lil Mejlak ftit jiem wara l-pubblikazzjoni
ta' Rih Isfel. L-intervista, Where the Wind Blows, giet
ippubblikata f'The Malta Independent on Sunday f'Lulju 2007.
-
-
Kif tiddeskrivi r-rumanz il-gdid tieghek, Rih Isfel?
Rih Isfel huwa rumanz li fih qed niddeskrivi l-hajja f'rahal zghir
f'Malta. Huwa rahal kwiet fejn kwazi qatt ma jigri xejn. Huwa dak
it-tip ta' rahal li fih l-affarijiet donnhom ma jinbidlu qatt u
tmur meta tmur dejjem se ssib l-istess nies jitkellmu dwar l-istess
affarijiet. L-istorja tista' tiddeskriviha b'diversi modi. Nghid
ghalija xtaqt inpitter ritratt ta' ambjent rurali simili ghal dak
li fih trabbejt. Ghalkemm ninqeda b'hafna karattri u b'bosta sitwazzjonijiet,
ghalija l-karattru ewlieni jibqa' r-rahal.
X'ispirak biex tikeb Rih Isfel?
Ispiratni hafna t-tfulija u z-zghozija tieghi f'Ghawdex.
Ispirawni n-nies li kont inqatta' hafna hin maghhom, l-istejjer
li smajt u l-affarijiet li rajt.
Xi tfisser il-kitba ghalik? X'jispirak?
Il-kitba hi wahda mill-izjed affarijiet li jaghtuni pjacir.
Hi mod kif nidhol f'dinja fejn inhossni komdu hafna. Kollox jispirani.
In-nies li niltaqa' maghhom. L-istejjer li nisma'. Il-muzika li
ndoqq. Il-postijiet li nzur. Il-films li nara. In-nies ghaddejjin
mit-triq. Il-vjaggi bil-karozza...
Ilek tghix fi Brussell sa mill-2004. Imma
madankollu fil-qalba tal-kitba tieghek ta' spiss wiehed isib lil
Malta. X'relazzjoni ghandek ma' pajjizek?
Malta hi parti minni. U ngorrha mieghi. Biex tinsa lil
pajjizek trid tinsa lilek innifsek. U allura nahseb li hi normali
li tidhol hafna f'kitbieti. Jekk ma nambjentax l-istejjer tieghi
fiha, allura zgur se nuza espressjonijiet li huma Maltin daqs il-post
innifsu. Fuq kollox ma naf l-ebda ambjent daqs kemm naf l-ambjent
Malti. Li tghix f'pajjizi barrani nahseb jghinek tpoggi lil pajjizek
f'kuntest.
Rih Isfel u l-istil ta' kitba tieghek huwa
tentattiv biex iggib izjed kontemporanjetà fil-letteratura
Maltija?
Le. Ma niktibx b'tentattiv biex nibdel xi haga jew biex
naghmel il-letteratura Maltija izjed kontemporanja. Jekk ir-rizultat
ikun dan, ma niddejjaq xejn. Imma qatt ma jkun fi hsiebi. Il-hsieb
tieghi huwa biss li nikteb affarijiet li bhala qarrej niehu pjacir
hafna naqra.
Ilek tikteb minn meta kont tifel. L-ewwel
ktieb tieghek kien Trab Abjad - ktieb dwar pakketti ta' l-eroina
bis-sotto-titolu 'avventura ghat-tfal'. Ghidilna izjed dwaru.
Trab Abjad bdejt nimmaginah fuq bajja fis-sajf. Hsibt: x'jigri li
kieku grupp ta' tfal kellhom jiskopru kaxxa mimlija droga?
Ghandek xi kittieba favoriti?
Huma hafna l-kittieba li nhobb naqra u l-istili taghhom
ivarja hafna. Minn Garcia Marquez sa Murakami; minn Dickens sa Joanne
Harris; minn Luca Bianchini sa Nicolo Ammaniti; minn Alessandro
Baricco sa Trevor Zahra...
Tiftakar x'kienet l-ewwel haga li ktibt?
Nahseb kienet "Gita Malta", miktuba bil-lapes
fuq pitazz tar-rigi dojoq, fi zmien meta kien ghadni ma nafx li
jezistu l-marki tal-punteggjatura.
Kif bdejt tikteb?
L-istess bhall-qari, il-kitba giet b'mod naturali hafna.
Minn dejjem kont inhobb nikteb. Però bdejt nikteb bis-serjetà
(jigifieri kuljum) meta bdejt nippubblika rivista kull xahar, li
kont niktibha kollha jien. Semmejtha "Il-Fwieha tan-Narcisa"
u domt nohrogha sittin xahar. Ir-rivista bdiet b'erba' pagni li
kont niffotokopja u nqassamhom lil ftit qraba u hbieb. Però
ma waqfitx tikber u spiccat bi tletin pagna, stampata bil-kulur
u bi ftit mijiet ta' qarrejja. Imbaghad iddecidejt li nieqaf ghax
kien wasal il-mument ghal progetti izjed friski.
S'issa inti ktibt l-izjed ghat-tfal u Rih
Isfel huwa immirat ghal qarrejja adoloxxenti. Ghaliex?
L-ewwel zewg kotba tieghi - Trab Abjad u Meta Nstabu l-Angli
- huma ghat-tfal u ma stajt bl-ebda mod niktibhom ghal udjenza ohra.
Meta ktibthom kont ghadni tifel jien stess. Imbaghad giet pawsa
li matulha adattajt ghall-Malti zewg kotba - Stejjer mill-Bibbja
u Enciklopedija ghat-Tfal. Rih Isfel mhuwiex ghat-tfal. Fih ridt
nghid hafna affarijiet li ghat-tfal hsibt li mhux ser ikunu interessanti
wisq. Ridt nitkellem dwar rahal kif nafu jien. U allura fl-ahhar
qtajtha li nimmirah ghal qarrejja adoloxxenti, ghalkemm qed niehu
gost li qed jintlaqa' tajjeb anke minn qarrejja izjed adulti.
X'passatempi ghandek?
Inhobb naghmel l-affarijiet li jhobbu jaghmlu z-zghazagh
ta' l-eta' tieghi. Fuq kollox inhobb naqra u nivvjagga.
Inti tahdem bhala traduttur. Meta tqis li
inti persuna kreattiva li thobb tuza l-lingwa b'mod immaginattiv
kif issib dan ix-xoghol?
Ix-xoghol ta' traduttur jghinek torqom izjed il-lingwa
tieghek. Huwa xoghol li jgieghlek tqalleb kontinwament fid-dizzjunarju,
titghallem kliem godda u thaddem il-lingwa. Mhuwiex l-izjed xoghol
kreattiv imma jghinek issir izjed midhla tal-lingwa tieghek.
Minn kitbietek jidher li inti dilettant
sew tal-muzika...
Nisma' muzika kwazi l-gurnata kollha u nhossha difficli
biex nikteb minghajr muzika fl-isfond. Is-silenzju zejjed igielghni
nhossni skomdu. Hemm ukoll tip ta' muzika li bhal iddahhalni hafna
fl-ispirtu tal-kitba.
|