pierre j mejlak
bio news books reviews awards blog contact
     
 
 
book cover

Excerpts: English | French

 

 

 

Rih Isfel
(silta)


"Sejjer ghall-funeral?" staqsietu Melanie waqt li gebbdet idejha u harget il-bott tas-sun cream mill-basket.

"Ir-rahal kollu sejjer," wegibha Jason b'ghajnejh mghottija b'nuccali daqsiex.

"Ha naghmillek ftit," qaltlu u bilkemm tatu cans jirrispondiha li ma mlietx il-ponn ta' idejha bil-krema u bdiet izzelleg kollox ma' sidru. Jason hassu jindiehex imma ghamel tabirruhu li mdorri bi tfajliet jidilkulu s-sun block. U dak il-hin ghaddielu l-hsieb li forsi dan kien l-isbah mument ta' hajtu. Ghax b'Melanie tidliklu s-sun cream ma' sidru meta ghadhom kif bdew il-vaganzi, ma setax ikollu preludju isbah ghas-sajf.

"Imma hemm xi haga li mhix iddoqqli," qaltlu Melanie waqt li regghet xehtet is-sun cream fil-basket u daret zaqqha 'l isfel fuq ix-xugaman b'wiccha hames pulzieri boghod minn wicc Jason.

"Ma nafx," wegibha. "U nahseb qatt mhu se nkunu nafu."

"Tahseb?"

"Daqskemm graw affarijiet strambi fir-rahal fis-snin li ghaddew u baqghu misteru. Dan jizdied maghhom."

"Imma tahseb li Jonathan mejjet xi mkien?"

"Min jaf?"

"Kultant nahseb li hawn min jaf kollox u ma jitniffisx biex ma jidholx f'inkwiet."

"Mhux anke ahna hekk?"

"X'jigifieri?"

"Ahna nafu bil-bicca tal-kelba, per ezempju, u ddecidejna li ma nghidu lil hadd. Lanqas lil Albert. Issa kieku inti ssir taf xi haga tmur tghidha lill-pulizija?"

"Mela! Dazgur ukoll!"

"Anke jekk tkun taf li b'hekk jista' jkun li xi hadd se jpattihielek? Jekk mhux lilek lil xi hadd li jigi minnek?"

"Nghid jien kif se jkunu jafu li kont jien li mort ghidt lill-pulizija?"

"Forsi min hu jkollu hbieb fil-Korp u jghidulu. Il-pulizija, wara kollox, mhumiex xi robots maqtugha mid-dinja. Ghandhom il-hbieb ukoll."

"Dejjem tista' ccempel u tibqa' anonimu jew tohloq account tal-Yahoo u tibghat email b'isem falz."

"Sewwa billi. Il-pulizija jkunu jridu l-provi. Kulhadd jista' jikteb u jghid dak li jrid."

"Issa ma nafx."

"Kif kien qed jghid Mario dalghodu, per ezempju. Vitor il-bierah ghamel imhatra li l-Pulizija kienet se tiskopri li hemm xi hadd iehor involut. L-imhatra, ovvjament, rebahha. Imma l-bicca ta' Vitor stramba. Allura se tmur tghid lill-Pulizija li Vitor seta' kien imdahhal fil-bicca?"

"Tghajjatx, Jason. Ara jisimghekx xi hadd!"

"Appuntu."

U ghal ftit minuti ma qalu xejn. Jason ihares lejn in-nemex fuq haddejn Melanie u hi titghaxxaq b'wiccha rifless fit-tertuqa tan-nuccali kbir tieghu. Il-kilba li jcaqlaq ftit rasu lejha u jbusha - imqar fuq haddejha - kienet fnietu. Imma hass xi haga tghidlu li kien ghadu
ma wasalx il-mument.

"Kultant nixtieq kieku ma twelidtx f'rahal daqshekk zghir," qalilha fl-ahhar b'Melanie thares lejh, tistennieh ikompli. "Hawn kulhadd jaf lil xulxin. Kulhadd irid ikun jaf kollox fuq kulhadd. Jekk tohrog fit-triq trid issellem lil kulhadd. Kwazi kwazi ma tistax timxi mid-dar sal-pjazza b'idejk fil-but. Ma tista' taghmel xejn. Ghax hajtek donnhom ifassluhielek dakinhar li titwieled u jekk tipprova tizvija xi ftit minnha, Madonna, kulhadd jinnotak u jmur jghid bik. Imma mbaghad tigi okkazjoni fejn ikun hemm bzonn li n-nies jitkellmu, u kulhadd jiskot. Jew ghax it-tali fil-kwistjoni jkun jigi minnek, jew ghax ikun habibek jew ghax tkun se tarah kuljum jew ghax tibza' minnu jew ghax, toqghod tghid, ghala ghandi ncaqlaq l-affarijiet? U allura kollox jibqa'
kif inhu. U xejn ma jinbidel. U kulhadd jilghabha tal-qaddis. Kulhadd il-knisja. Kulhadd jitbissem x'hin jara lill-kappillan. Bhallikieku dak qieghed f'livell iehor. It-tjubija ppersonifikata. Kulhadd jippoppa sidru fil-festa u jaghmel il-hmerijiet quddiem l-istatwa. Imma mbaghad, boghod minn ghajnejn in-nies, kulhadd jaghmel kif jaqbillu."

"U allura x'tissuggerixxi?"

"Mhix kwistjoni ta' x'nissuggerixxi, Mel. Nahseb jew taccetta l-bicca kif inhi, tinsa li inti inti, tigi ala biebek u thalli l-mewg ihabbat u taghmel kif jaghmel kulhadd jew taqbad u titlaq. U llum saret izjed facli minn qabel. Kultant nohlom li twelidt f'post iehor."

"Le. Jien minn hawn ma nitlaq qatt."

"U le - tifhimnix hazin, Mel. Lanqas jien," wegibha mill-ewwel Jason, li ma ried bl-ebda mod juriha li kien hemm xi haga li dwarha ma jaqblux.

 
 

              ©2006 Pierre J Mejlak. Site by: briangrech